Madwar il-Maxtura jinkludi madwar 300 paġna ta’ ċelebrazzjonijiet, drammi, attivitajiet u riżorsi oħra relatati mal-Milied u kif għandna nippreparaw biex nilqgħu lil Ġesù Bambin. Pubblikazzjoni Preca, flimkien mal-awtur Mario J. Muscat u oħrajn li għamlu kontribuzzjonijiet tagħhom, taw sehemhom biex ikollna din il-pubblikazzjoni. Il-ktieb jinkludi wkoll QR Code għall-partijiet li jkollok bżonn tistampa u tqassam, bħalma huma r-reċti u l-poeżiji.
Dan il-ktieb, bil-Malti, huwa disponibbli mill-Librerija Preca, Blata l-Bajda. Nittamaw li b’dan il-ktieb Ġesù jsir aktar magħruf u maħbub.