Madwar il-Maxtura jinkludi madwar 300 paġna ta’ ċelebrazzjonijiet, drammi, attivitajiet u riżorsi oħra relatati mal-Milied u kif għandna nippreparaw biex nilqgħu lil Ġesù Bambin. Pubblikazzjoni Preca, flimkien mal-awtur Mario J. Muscat u oħrajn li għamlu kontribuzzjonijiet tagħhom, taw sehemhom biex ikollna din il-pubblikazzjoni. Il-ktieb jinkludi wkoll QR Code għall-partijiet li jkollok bżonn tistampa u tqassam, […]
Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuh familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom […]
Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat il-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù. B’riċerka u kitba ta’ Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM, dan il-ktieb jirrakkonta l-ħajja taż-żagħżugħ Gilbert Simiana (1982-1998), it-trobbija tiegħu fi ħdan familja Nisranija, bħala aspirant fis-Soċjetà tal-MUSEUM u student fil-Kulleġġ San Alwiġi, u kif il-marda tal-kanċer minn età żgħira kompliet issaħħu fil-fidi, fit-tama u […]
Qatt xtaqt titkellem ma’ Alla? Qatt ippruvajt? Jew forsi kkonfondejt imnejn se taqbad tibda, u qtajt qalbek? Jekk tixtieq li permezz tat-talb tiegħek tistieden lil Alla jiġi u jgħammar fiċ-ċentru ta’ ħajtek, dan il-ktieb se jiswiek mitqlu deheb. Ħin Għal Alla: Għajnuniet Għal Min Irid Jibda Jitlob, bħal ħabib li tant iridlek ġid, jistiednek tagħtih idejk u […]
Sa mill-qedem, il-bniedem ipprova jwassal il-messaġġ tiegħu b’diversi modi. Huwa uża s-sinjali, il-ħsejjes, il-kitba u t-tpinġija biex jikkomunika dak li kien hemm f’qalbu u f’moħħu lil ħutu l-bnedmin. Is-Sinjur Alla, fl-għerf tiegħu, ikkomunika magħna wkoll. Wara li kellem lill-poplu tiegħu permezz tal-profeti, fl-aħħar bagħat lil Ibnu Ġesù biex iwasslilna dak li f’imħabbtu ried jgħidilna. F’dan […]
Għeżież ħbieb, Għalkemm ma nafkomx, intom smajtu bija żgur. Jiena għext fi żmien Ġesù u kelli x-xorti niltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Ma nistħix ngħid: hu bidilli ħajti. Kulma kont u kulma kelli ma sar jiswa xejn: l-aqwa li hu daħal f’qalbi. Tixtieqx tiltaqa’ miegħu inti wkoll? Lili ma sfurzanix. Anzi, fehemni, ħa paċenzja bija […]
Tħejjija u Twettiq Kull tarbija titwieled biex tgħix u tikber. Imma mhux dan biss kien il-pjan ta’ Alla għat-tarbija speċjali li twieldet f’Betlehem. Fi twelidu, bħat-trabi l-oħra, kien imdawwar minn ommu u missieru, u mfisqi fil-faxex. Imma wkoll żaruh ir-ragħajja foqra u l-Maġi għonja. Dan it-tfajjel speċjali, għax hu l-Emanweli, Alla magħna, sa qasam iż-żmien fi tnejn: […]
Ktieb tajjeb ħafna għaż-Żgħażagħ u l-Adolexxenti Fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni taż-żagħżugħ Carlo Acutis, is-Soċjetà tal-MUSEUM permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca ppubblikat il-ktieb ta’ Robert Aloisio Għaxra Żgħar imma Kbar. Dan il-ktieb jittratta l-ħajja ta’ għaxar żgħażagħ, ħafna minnhom ta’ żmienna, li taw xhieda tal-fidi tagħhom fi Kristu bi kliemhom u b’għemilhom. Il-ktieb huwa ideali għall-adolexxenti kollha u għal […]
5 Kotba ta’ San Ġorġ Preca Is-Soċjetà tal-Museum permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca ippubblikat ħames kotba ta’ San Ġorġ Preca. Dawn huma fost l-iktar kotba importanti li kiteb il-Fundatur tal-Museum. Minkejja li Dun Ġorġ miet fl-1962, il-kitbiet tiegħu jibqgħu relevanti għal żminijietna mhux biss biex il-qarrejja jitgħallmu fuq ir-reliġjon Nisranija imma biex ikunu jistgħu wkoll jissaħħu […]
L-Awtobijografija Spiritwali ta’ Charles de Foucauld F’żgħożitu, Charles de Foucauld kien magħruf f’Pariġi għall-festi kbar u l-istil ta’ ħajja indulġenti tiegħu. Madankollu, wara l-konverżjoni tiegħu fl-1886, fl-età ta’ tmienja u għoxrin sena, l-eċċessi taż-żgħożija tiegħu ġew mibdula bid-devozzjoni lejn Ġesù, l-imħabba lejn l-Ewkaristija, u l-għatx għall-erwieħ. Wara tliet snin l-Art Imqaddsa bħala eremit, ġie ordnat […]
- 1
- 2