Category Archives: Releases

Ħin għal Alla: Għajnuniet għal min irid jibda jitlob

Qatt xtaqt titkellem ma’ Alla? Qatt ippruvajt? Jew forsi kkonfondejt imnejn se taqbad tibda, u qtajt qalbek? Jekk tixtieq li permezz tat-talb tiegħek tistieden lil Alla jiġi u jgħammar fiċ-ċentru ta’ ħajtek, dan il-ktieb se jiswiek mitqlu deheb. Ħin Għal Alla: Għajnuniet Għal Min Irid Jibda Jitlob, bħal ħabib li tant iridlek ġid, jistiednek tagħtih idejk u […]

Il-Ktejjeb tas-Sentenzi

Sa mill-qedem, il-bniedem ipprova jwassal il-messaġġ tiegħu b’diversi modi. Huwa uża s-sinjali, il-ħsejjes, il-kitba u t-tpinġija biex jikkomunika dak li kien hemm f’qalbu u f’moħħu lil ħutu l-bnedmin. Is-Sinjur Alla, fl-għerf tiegħu, ikkomunika magħna wkoll. Wara li kellem lill-poplu tiegħu permezz tal-profeti, fl-aħħar bagħat lil Ibnu Ġesù biex iwasslilna dak li f’imħabbtu ried jgħidilna. F’dan […]

Jien iltqajt miegħu

Għeżież ħbieb, Għalkemm ma nafkomx, intom smajtu bija żgur. Jiena għext fi żmien Ġesù u kelli x-xorti niltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Ma nistħix ngħid: hu bidilli ħajti. Kulma kont u kulma kelli ma sar jiswa xejn: l-aqwa li hu daħal f’qalbi. Tixtieqx tiltaqa’ miegħu inti wkoll? Lili ma sfurzanix. Anzi, fehemni, ħa paċenzja bija […]

5 Kotba ta’ San Ġorġ Preca

5 Kotba ta’ San Ġorġ Preca Is-Soċjetà tal-Museum permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca ippubblikat ħames kotba ta’ San Ġorġ Preca. Dawn huma fost l-iktar kotba importanti li kiteb il-Fundatur tal-Museum. Minkejja li Dun Ġorġ miet fl-1962, il-kitbiet tiegħu jibqgħu relevanti għal żminijietna mhux biss biex il-qarrejja jitgħallmu fuq ir-reliġjon Nisranija imma biex ikunu jistgħu wkoll jissaħħu […]