Qatt xtaqt titkellem ma’ Alla? Qatt ippruvajt? Jew forsi kkonfondejt imnejn se taqbad tibda, u qtajt qalbek? Jekk tixtieq li permezz tat-talb tiegħek tistieden lil Alla jiġi u jgħammar fiċ-ċentru ta’ ħajtek, dan il-ktieb se jiswiek mitqlu deheb. Ħin Għal Alla: Għajnuniet Għal Min Irid Jibda Jitlob, bħal ħabib li tant iridlek ġid, jistiednek tagħtih idejk u timxi miegħu matul il-mogħdija tat-talb, kapitlu wara l-ieħor, donnhom ilwien differenti matul l-istess pajsaġġ. L-eżerċizzi li jissuġġerilek jgħinuk tpoġġi fil-prattika dak li tgħallimt, u sabiex il-ħin li tqatta’ mas-Sinjur Alla fit-talb tassew iħalli l-frott fik. Dan il-ktieb, ippubblikat mill-Publikazzjoni Preca, huwa miktub bil-Malti minn Emanuel Curmi li huwa membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M.