Il-Ktejjeb tas-Sentenzi

Sa mill-qedem, il-bniedem ipprova jwassal il-messaġġ tiegħu b’diversi modi. Huwa uża s-sinjali, il-ħsejjes, il-kitba u t-tpinġija biex jikkomunika dak li kien hemm f’qalbu u f’moħħu
lil ħutu l-bnedmin.

Is-Sinjur Alla, fl-għerf tiegħu, ikkomunika magħna wkoll. Wara li kellem lill-poplu tiegħu permezz tal-profeti, fl-aħħar bagħat lil Ibnu Ġesù biex iwasslilna dak li f’imħabbtu ried jgħidilna.

F’dan il-ktejjeb inti se ssib ftit minn dak li qalilna Ġesù. Se taqra wkoll kelmiet ta’ persuni li wara li ltaqgħu ma’ Ġesù u ħabbewh bis-sħiħ xtaqu li jkellmuna dwaru u dwar kif nistgħu nħobbuh.

Inħallu f’idejk biex mhux biss taqra dawn is-sentenzi, iżda wkoll titgħallimhom għax żgur jiswewlek biex tikber fi mħabbtek lejn Alla tul ħajtek kollha.
Nawgurawlek.

BUY NOW