Jien iltqajt miegħu

Għeżież ħbieb,
Għalkemm ma nafkomx, intom smajtu bija żgur.
Jiena għext fi żmien Ġesù u kelli x-xorti niltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Ma nistħix ngħid: hu bidilli ħajti.
Kulma kont u kulma kelli ma sar jiswa xejn:
l-aqwa li hu daħal f’qalbi.
Tixtieqx tiltaqa’ miegħu inti wkoll?
Lili ma sfurzanix. Anzi, fehemni, ħa paċenzja bija u ħabbni kif jien.
Inti u taqra dawn ir-rakkonti, se tiltaqa’ mal-istorja tiegħi.
Tinsiex li din storja vera, daqskemm hi vera l-ħajja tiegħek,
mimlija ferħ u niket, biki u għaraq, ħidma u mistrieħ.
F’dawn l-esperjenzi kollha tiegħek,
kemm dawk sbieħ u kemm dawk ebsin,
Ġesù jixtieq jakkumpanjak,
bħalma għamel miegħi ħafna snin ilu.
Ħaġa waħda jonqsok, li tiftaħlu l-bieb ta’ qalbek,
ħalli jgħaddi għandek u inti u hu ssiru ħbieb kbar.
Emminni meta ngħidlek, għax verament,
jien iltqajt miegħu!

 

BUY NOW