Twieled f’maxtura f’għar tal-annimali. Mar l-iskola u mat-tfal sħabu kien iħobb jilgħab u jiċċajta. Meta kiber għamel mirakli li wrew li kien bin Alla.
Tkellem dwar l-imħabba u dwar il-paċi. Sallbuh avolja qatt ma kien għamel xejn ħażin. Wara tlett ijiem qam mill-mewt u llum qiegħed ma’ Missieru fil-ġenna.
Din hija l-istorja ta’ Ġesù, bil-kliem u bl-istampi, għal ġenerazzjoni ġdida ta’ qarrejja.