Bi stil mexxej u marbut ma’ żmienna dan il-ktieb jittratta sensiela ta’ problemi fid-dawl tal-bidliet li qed iseħħu f’Malta u Għawdex. L-awtur espert fil-problemi tal-familja u l-etika li 51 sena ilu waqqaf il-Moviment ta’ Kana fit-tweġibiet tiegħu jħares ‘il quddiem lejn il-bidliet li s-soċjetà pluralistika u s-sħubija fl-Unjoni Ewropea jistgħu jġibu fil-qasam soċjali etiku u leġislattiv fil-familja Maltija. Dan hu ktieb li jiswa għat-tħejjija tal-għarajjes għaż-żwieġ u għall-edukazzjoni li tingħata lill-ġenituri. Hu ta’ fejda kbira wkoll għall-operaturi u għalliema li jaħdmu mal-familja f’kull qasam speċjalment fi ħdan il-Moviment ta’ Kana u l-GRUFAN.