Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuh familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom […]
Tag Archives: Personaġġi
Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat il-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù. B’riċerka u kitba ta’ Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM, dan il-ktieb jirrakkonta l-ħajja taż-żagħżugħ Gilbert Simiana (1982-1998), it-trobbija tiegħu fi ħdan familja Nisranija, bħala aspirant fis-Soċjetà tal-MUSEUM u student fil-Kulleġġ San Alwiġi, u kif il-marda tal-kanċer minn età żgħira kompliet issaħħu fil-fidi, fit-tama u […]
Għeżież ħbieb, Għalkemm ma nafkomx, intom smajtu bija żgur. Jiena għext fi żmien Ġesù u kelli x-xorti niltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Ma nistħix ngħid: hu bidilli ħajti. Kulma kont u kulma kelli ma sar jiswa xejn: l-aqwa li hu daħal f’qalbi. Tixtieqx tiltaqa’ miegħu inti wkoll? Lili ma sfurzanix. Anzi, fehemni, ħa paċenzja bija […]
Ktieb tajjeb ħafna għaż-Żgħażagħ u l-Adolexxenti Fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni taż-żagħżugħ Carlo Acutis, is-Soċjetà tal-MUSEUM permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca ppubblikat il-ktieb ta’ Robert Aloisio Għaxra Żgħar imma Kbar. Dan il-ktieb jittratta l-ħajja ta’ għaxar żgħażagħ, ħafna minnhom ta’ żmienna, li taw xhieda tal-fidi tagħhom fi Kristu bi kliemhom u b’għemilhom. Il-ktieb huwa ideali għall-adolexxenti kollha u għal […]
L-Awtobijografija Spiritwali ta’ Charles de Foucauld F’żgħożitu, Charles de Foucauld kien magħruf f’Pariġi għall-festi kbar u l-istil ta’ ħajja indulġenti tiegħu. Madankollu, wara l-konverżjoni tiegħu fl-1886, fl-età ta’ tmienja u għoxrin sena, l-eċċessi taż-żgħożija tiegħu ġew mibdula bid-devozzjoni lejn Ġesù, l-imħabba lejn l-Ewkaristija, u l-għatx għall-erwieħ. Wara tliet snin l-Art Imqaddsa bħala eremit, ġie ordnat […]
Għoxrin Ġgant tas-Seklu Għoxrin Fl-okkażjoni tal-75 sena mill-assassinju ta’ Mahatma Gandhi, l-għalliem u awtur Robert Aloisio ħareġ id-disa’ ktieb tiegħu li jġib l-isem “Għoxrin Ġgant tas-Seklu Għoxrin”. Il-filosfu Skoċċiż Thomas Carlyle kien qal li “ebda bniedem kbir ma għex għalxejn… l-istorja tad-dinja mhi xejn ħlief il-bijografija ta’ nies kbar”. Huwa propju għalhekk li permezz ta’ […]